Sewwieq ta’ mutur ta’ 71 sena li jgħix Birkirkara weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, fi Vjal Santa Luċija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn Pembroke u l-mutur, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq ta’ mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza għal aktar kura mediku, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.