Sewwieq ta’ mutur ta’ 51 sena minn Santa Venera weġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Santa Luċija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Ħal Luqa.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena mill-Kalkara u l-mutur misjuq mill-vittma.
Mar ukoll tim mediku, li ħa s-sewwieq tal-mutur l-isptar għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.