Raġel ta’ 24 sena minn Ħal Għaxaq indarab gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Belt Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Gudja u mutur tat-tip Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 24 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.