Raġel ta’ 42 sena minn Marsaskala jweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.00pm fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco AK 550 misjuq mir-raġel u karozza tal-għamla BMW 118D misjuqa minn raġel ta’ 36 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.