Raġel ta’ 34 sena mix-Xagħra Għawdex weġġa gravi f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-20:45 fi Triq l-Ewropa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq mir-raġel u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 27 sena li huwa mix-Xagħra wkoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.