Pakistani ta’ tletin sena li jgħix iż-Żurrieq indarab gravi f’inċident bil-mutur fiż-Żurrieq.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar is-sewwieq tal-mutur, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.