Anzjan ta’ 73 sena min-Nadur Għawdex weġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza fi Triq San Anard fix-Xewkija.
L-inċident seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-ħamsa u kwart, meta seħħet ħabta bejn il-mutur u vettura li kienet qed tinstaq minn Franċiża ta’ 29 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.