Malti ta’ 29 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xemxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar f’Telgħet ix-Xemxija.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha YZF R1 li kien qiegħed isuq u waqa’.
Is-sewwieq ingħata l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin