Raġel ta’ 56 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fil-Marsa-Ħamrun Bypass.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar hekk kif seħħet ħabta bejn mutur tat-tip BMW misjuq mir-raġel u karozza tat-tip Kia misjuqa minn mara ta’ 47 sena minn Ħal Għaxaq.
Is-sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.