Raġel ta’ 59 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi filwaqt li żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq sofra ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dawret il-Gudja.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq mir-raġel ta’ 59 sena, u karozza Nissan, misjuqa miż-żagħżugħ.
Iż-żewġt irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.