Żagħżugħ ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ wara nofsinhar għall-ħabta tal-4:15 fi Sqaq San Anard fiż-Żejtun.
Il-ħabta seħħet bejn Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn, Toyota Tercel misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena miż-Żejtun, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.