Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq it-Tiġrija, fix-Xagħra Għawdex.
Il-ħabta seħħet bejn vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ erbgħin sena minn Raħal Ġdid u mutur Honda misjuq mill-vittma, li huwa anzjan ta’ sebgħa u sittin sena mix-Xagħra Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.