Indjan ta’ 26 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ filgħaxija fi Triq Toni Zahra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn il-mutur li kienet qed isuq l-Indjan tal-għamla Sym Symphony u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 43 sena miż-Żejtun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur li mbagħad ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.