Sewwieq ta’ mutur li għandu 40 sena, residenti l-Belt Valletta, sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’kollużjoni ma’ vettura.
L-inċident tat-traffiku seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11:30am, fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa.
Il-mutur Yamaha V80 għal xi raġuni kellu impatt ma’ vettura Fiat Tipo, li kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ wieħed u tletin sena, residenti San Gwann.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza.
L-investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi għadha ghaddejja.