Raġel ta’ 25 sena residenti l-Mosta qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Psaila, Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.00 wara ħabta bejn vettura tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mosta.
Ir-raġel ta’ 25 sena ttieħed l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.