Ilbieraħ, ftit qabel nofsilejl, sewwieq ta’ mutur ta’ weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.
L-inċident seħħ fi Pjazza s-Sittax ta’ Settembru, il-Mosta.
Kif marru fuq il-post il-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta sabu lir-raġel ferut mal-art. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, li għandu 41 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, kien qiegħed isuq mutur tat-tip Honda CBR600 RR meta għal xi raġuni waqa’ u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.