Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Santa Venera sofra ġrieħi gravi meta ħabat waqt li kien isuq mutur Yamaha ma’ karozza Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ erbgħin sena minn Ħal Qormi.
L-inċident tat-traffiku seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Emmanuele Luigi Galizia il-Marsa.
Fuq il-post waslet minnufih ambulanza b’tim mediku immexxi mit-tabib tal-Emerġenza Dr Michael Spiteri. Taw l-għajnuna wkoll, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali minn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet fuq din il-ħabta għadhom għaddejjin.