Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar għall-kura wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza. Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ta l-ewwel kura medika lis-sewwieq sakemm aktar tard ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża tal-inċident, it-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin b’ufficjali minn Transport Malta kienu fuq il-post sabiex jassistu l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.