Sewwieq ta’ mutur ddaħħal l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Burmarrad. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:00.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta li qed jassistu l-immaniġġjar tat-traffiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża tal-inċident kellha tingħalaq parti minn din it-triq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhux magħrufa.