Għall-ħabta tal-għaxra u nofs, Taljan ta’ ħamsin sena mis-Sannat Għawdex sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u ħabat ma’ arblu.
L-inċidenti seħħ fi Triq il-Mellieħa fl-inħawi tal-Manikata, il-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Puluzija għadhom għaddejjin.