Raġel ta’ 57 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 28 sena minn Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Luqa Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.