Iraqqin ta’ 22 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xatt tal-Imsida.
L-inċident seħħ fil-ħamsa tat-Tlieta wara nofsinhar, meta l-barrani residenti San Ġiljan kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki.
Mill-investigazzjoni tal-pulizija rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-mutur u vettura tat-tip Ford Fiesta, bil-konsegwenza li l-Iraqqin tilef il-kontroll u baqa dieħel ġo central strip.
Il-vettura kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena minn San Ġwann.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lix-xufier tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin