Raġel ta’ 36 sena li joqgħod il-Belt Valletta sofra ġrieħi gravi waqt inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:20am fi Triq Sant’ Andrija.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel li qiegħed isuq mutur tat-tip Honda tilef il-kontroll tiegħu u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.