Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-(15:15 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Konstituzzjoni, il-Mosta.
Stħarriġ preliminari wera li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip KTM li kien misjuq minn raġel Rumen ta’ 31 sena residenti l-Mosta u vettura tat-tip Mercedes A180 misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.