Raġel ta’ 52 sena residenti San Ġiljan sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Yamaha u karozza tat-tip Seat Ibiza, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar stess.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Is-sewwieq tal-vettura ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.