Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejla fi Triq iż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel mill-Filippini ta’ 35 sena li joqgħod in-Naxxar u mutur tat-tip Reiju Marathon 125 misjuq mir-raġel ta’ 29 sena minn Santa Luċija.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.