Raġel minn Birkirkara ta’ 30 sena, sofra ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ karozza fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara.
ONE News jinsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħet kollużjoni bejn vettura tat-tip Skoda Fabia misjuqa mir-raġel Mosti u mutur Ducati 600m li kien qed jinstaq mill-vittma ta’ dan l-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.