Raġel ta’ 50 sena mis-Siġġiewi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kawasaki Ninja ZX-10R u waqa’ fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.