Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart tas-Sibt filgħaxija fi Triq l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta l-ħabta seħħet bejn mutur tal-għamla Honda CB misjuqa minn raġel ta’ ħamsa u sittin sena minn Birżebbuġa u karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u erbgħin sena minn Ħal Qormi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.