Taljan ta’ 43 sena mill-Gżira sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu fi Triq Għajn Dwieli f’Bormla.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Kia Ceres li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena mill-Marsa u mutur tal-għamla Kymco.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikar li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.