Sewwieq ta’ mutur ta’ 37 sena, Ġermaniż li joqgħod il-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħaxija fi Triq Burmarrad.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn il-mutur u karozza tat-tip Renault Cleo misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Mosta.
Il-Ġermaniż ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Dan filwaqt is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.