Raġel ta’ 40 sena mill-Bulgarija li joqgħod il-Marsa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn mutur u karozza fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar fl-inħawi ta’ Manoel Island.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-ħabta seħħet bejn karozza tat-tip Seat Ateca li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena minn San Ġwann u mutur tat-tip WW125A li kien qed jinstaq mir-raġel Bulgaru.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lis-sewwieq talmutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejjin.