Raġel min-Nepal ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 ta’ dalgħodu fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn il-mutur, misjuq mill-vittma, u karozza li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.