Illum għall-ħabta tal-11:30, raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u waqa’.
L-inċident seħħ fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr, Malta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.