Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq Antonio Bosio, l-Imsida.
Meta l-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda Shadow u karozza tat-tip Citroen C1.
Is-sewwieq tal-mutur li għandu 44 sena residenti l-Imsida stess, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-persuna li kienet qiegħda ssuq il-karozza – raġel Taljan ta’ 31 sena residenti Tas-Sliema, ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.