Raġel isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ waranofsinhar fi Triq ix-Xatt il-Barriera.
Minn stħarriġ preliminari jidher li seħħ impatt bejn karozza tat-tip Citroen misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mir-Renju Unit u li joqgħod Raħal Ġdid u mutur tat-tip Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 56 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Rapport tal-inċident qed isir mill-Pulizija tad-Distrett.