Sewwieq ta’ mutur ta’ 26 sena u residenti il-Għargħur, sofra ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma` vettura tal-għamla Peugeot 208 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Ġwann u konsegwenza ta’ dan huwa sofra xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:10 ta’ dalgħodu fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.