Ungeriż ta’ 50 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta n-Naxxar.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-9:55, meta x-xufier tal-mutur tat-tip Honda tilef il-kontroll tal-mutur, ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri.
Fuq il-post kien hemm il-pulizija, filwaqt li t-triq ingħalqet għat-traffiku. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.