Taljan ta’ 31 sena sofra xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Yamaha waqt li kien għaddej minn Triq il-Kosta f’ Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lil vittma l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji kif jaslulna.