Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Buġibba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 meta sewwieq ta’ mutur kellu impatt ma’ vettura fi triq il-Korp tal-Pijunieri f’Buġibba.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.