Raġel ta’ 35 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident bit-traffiku fin-Naxxar.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu traffiku fi Triq Tul il-kosta, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Franċiż ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Honda CB 600, bil-konsegwenza li ħabat mal-crash barrier. Mal-impatt, ir-raġel spiċċa maqbud bejn il-barrier, waqt li l-mutur baqa’ jitkaxkar għal diversi metri u spiċċa fis-siġar, fil-ġenb tat-triq.
Tim mediku ta’ l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.