Ungeriż ta’ 60 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Peugeot 308, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena mill-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu, fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Fuq il-post isejħet l-assistenza ta’ tim li ħa lis-sewwieq ta’ mutur l-isptar Mater għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.