Raġel ta’ 37 miż-Żejtun ġarrab ġrieħi gravi wara li kien ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha li kien qiegħed isuq ma’ karozza tat-tip Toyota Corsa li kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Raħal il-Ġdid.
Il-każ seħħ fi Triq Tal-Barrani f’Ħal Tarxien għall-ħabta tas-5:45 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Aktar tard hu ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.