Sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena mir-Rabat Għawdex ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Peugeot li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Mercedes Benz li kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena mir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Jean De La Vallette, fix-Xewkija Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.