Raġel ta’ nazzjonalità barranija li joqgħod il-Mellieħa, ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Honda Fit li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 42 sena mill-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:50 ta’ dalgħodu fi Triq il-Fortizza fil-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.