Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Raħal il-Ġdid ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Honda CBR500RA li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Alfa Romeo Stelvio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena minn Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:00 tas-Sibt filgħaxija fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Puliziija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.