Illum, għall-ħabta tad-9:15 ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Triumph Tiger XRX, misjuq minn raġel ta’ 48 sena, residenti s-Swieqi u vann tat-tip Toyota Hilux li kien misjuq minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.