Raġel ta’ 38 sena minn Marsaskala ġarrab ġrieħi gravi wara li l-mutur tat-tip Honda li kien qiegħed isuq ħabat ma’ karozza tal-għamla Jaguar F-Pace misjuqa minn mara ta’ 20 sena li għandha nazzjonalità Ċiprijotta u toqgħod is-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:20 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.