Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip BMW li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 60 sena minn San Pawl il-Baħar. Wara l-mutur baqa’ dieħel ġo żewġ karozzi li kienu pparkjati.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Dr Ġużè Miceli fil-Gżira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.