Raġel ta’ 50 sena, minn Ħal Balzan ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qiegħed isuq tal-għamla Peugeot Belville ma’ karozza tat-tip Opel li kienet misjuqa minn raġel ta’ 41 sena minn Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11:50 a.m. fi Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur u permezz t’ambulanza ttieħed
l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed
isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.